Il-15-il edizzjoni tas-summit tal-G20 ta’ din is-sena qed jitmexxa mill-Arabja Sawdija. Din hija l-ewwel darba li dan qed jitmexxa minn stat Għarbi u qed issir b’mod virtwali.
Fuq il-mejda ta’ din il-laqgħa dinjija l-agenda tvarja minn kwistjonijiet finanzjarji u ekonomiċi għal dawk soċjali. Dan jinkludi l-enerġija, l-ambjent, il-klima, l-ekonomija diġitali, il-kummerċ, l-agrikultura, is-saħħa, l-edukazzjoni u x-xogħol.
Fid-dawl tas-summit dan l-istat Għarbi qed ikun affaċċjat b’bosta mistoqsijiet rigward id-drittijiet umani fil-pajjiż.
Intant il-Ministru tal-affarijiet barranin Għarbi xejjen it-talbiet ta’ bojkott fuq is-summit.
Is-summit tal-G20 hija laqgħa tal-mexxejja u tinkludi bosta pajjiżi flimkien mal-Unjoni Ewropea.