Wara l-working lunch fil-Birgu, il-mexxejja Ewropej se jkunu qed jissuktaw bid-diskussjoni matul is-summit informali f’pajjiżna. It-tieni sessjoni se tkun qed tiffoka fuq l-futur tal-Unjoni Ewropea hekk kif se jsiru t-tħejjijiet għas-60 anniversarju tat-Trattati ta’ Ruma li se jiġi ċċelebrat fil-25 ta’ Marzu 2017.
It-trattat ta’ Ruma jara l-bidu tal-Unjoni Ewropea li nafu llum, unjoni Ewropea li issa għandha quddiema sfidi ġodda minn dawk ta’ sittin sena ilu u għalhekk fis-summit informali se tkun qed issir riflessjoni politika dwar il-futur tal-UE.
Tajjeb li wieħed jinnota li għal din id-diskussjoni mhux se jkun hemm madwar il-mejda l-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May hekk kif ir-Renju Unit mhux se jibqa’ membru tal-istess Unjoni.
Diskussjoni li mistennija tiffoka fuq:
- Theddida minn pajjizi barra mill-UE
- Dubji f’dawk li huma valuri baziċi tal-Unjoni
- Is-sentiment kontra l-Unjoni Ewropea