Kelliem għall-Gvern Amerikan dwar it-tibdil fil-klima qal li s-Summit dwar il-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti li se jsir f’Novembru li ġej fir-Renju Unit huwa l-aħħar ċans sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi ambjentali globalment.
John Kerry sostna li ntilef wisq żmien fuq dawn il-kwistjonijiet taħt it-tmexxija ta’ Trump, hekk kif l-eks President tal-Istati Uniti ma kienx jemmen f’din il-kawża.
Intant, il-President Amerikan Joe Biden – li reġa’ daħħal lill-Istati Uniti fil-ftehim dwar il-klima ta’ Pariġi fl-ewwel sigħat tiegħu fl-ogħla kariga Amerikana – iffirma numru kbir ta’ ordinijiet eżekuttivi bil-ħsieb li jindirizzaw it-tibdil fil-klima; fosthom li jirdoppja l-ġenerazzjoni tal-enerġija bir-riħ sal-2030.