Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri ħabbar li s-suldati se jkunu qed jingħaqdu mal-awtorijiet tas-saħħa fit-tqassim ta’ xiri ta’ ikel għal dawk li jinsabu fi kwarantina.
Fuq Facebook, il-Ministru Camilleri qal li f’mumenti ta’ prova lill-forzi armati jagħtu dejjem daqqa t’id u qal kif kulħadd għandu jiġbed ħabel wieħed.