L-għaxar suldati Maltin tal-Forzi Armati li bħalissa jinsabu fil-Libanu jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba wara li aktar kmieni seħħet splużjoni li heżżet il-belt ta’ Beirut. Din l-isplużjoni li oriġinat minn fabbrika tal-murtali heżżet il-belt u apparti danni kbir wasslet ukoll għal numru ta’ mwiet.
Dan ħabbru l-Ministru tal-Intern Byron Camilleri tard it-Tlieta filgħaxija permezz tal-profil tiegħu fuq Facebook. Il-Ministru qal ukoll li ħsibijietna huwa mal-poplu Lebaniż f’dan il-mument tant diffiċli.