Is-suldati li kienu xogħol waqt l-allegat party bil-kokaina ġol-barracks ta’ Ħal Far ittestjaw fin-negattiv għad-droga wara test tal-awrina. Kien biss suldat wieħed li rrifjuta li jagħmel dan it-test, liema suldat tkeċċa immedjatament mill-Forzi Armati.
Fi stqarrija, l-Forzi Armati qalet li hija ħadet azzjoni immedjata, anki billi ħatret inkjesta interna minnufih sabiex jiġu vverifikati l-allegazzjonijiet u l-fatti.
Dan sar skont il-politika interna li tħaddan l-Armata ta’ tolleranza zero fejn jidħol użu ta’ sustanzi illegali.
Il-Forzi Armati ta’ Malta ttenni li qed tistenna l-konklużjonijiet tal-inkjesta interna, u sussegwentament timxi u tieħu passi skont l-istess konklużjonijiet.