Nhar il-Ġimgħa l-eks-Viċi President taż-Żimbabwe Emmerson Mnangagwa se jkun qed jieħu l-ġurament ta’ President u b’hekk tintemm uffiċjalment it-tmexxija ta’ Robert Mugabe.
L-eks Viċi President kien tneħħa minn Mugabe ftit tal-ġimgħat ilu, bit-tneħħija tiegħu twassal għal protesti kbar fil-pajjiż favur ir-riżenja ta’ Mugabe nnifsu.
Mnangagwa se jasal lura fiż-Żimbabwe matul il-jum tal-Erbgħa wara li kien ħarab mill-pajjiż fil-jiem li għaddew.
Kien wara li tneħħa minn Viċi President li l-militar intervjena sabiex tiġi fi tmiema era ta’ 37 sena fi kmand tal-pajjiż.
Huwa mifhum li Mnangagwa, li għandu 71 sena, se jkun qed iservi sal-aħħar ta’ dan it-terminu ta’ presidenza sakemm isiru l-elezzjonijiet f’ Settembru tas-sena d-dieħla.