Is-suċċessur ta’ Boris Johnson bħala Kap tal-Partit Konservattiv, li se jsir ukoll il-Prim Ministru Ingliż, se jintgħażel fil-ħamsa ta’ Settembru li ġej.
Din id-data ġiet maqbula wara li l-ġimgħa l-oħra, Boris Johnson irriżenja minn Prim Ministru Ingliż.
Għal dan l-irwol diġà urew l-interess tagħhom ħdax-il kandidat. Fost il-favoriti hemm l-eks Ministru tal-Finanzi, Rishi Sunak u l-eks Ministru tas-Saħħa, Sajid Javid.
Dawn kienu minn tal-ewwel fost numru kbir ta’ riżenji mill-Gvern ta’ Johnson, li wasslu lil dan tal-aħħar sabiex jirriżenja.