Kulħadd faħħar ħidmet il-Pulizija fil-jiem li għaddew, meta ressqet sitt persuni l-Qorti li allegatament kienu involuti fis-serqa ta’ droga minn kontejner li kien qed jinżamm fil-barracks tal-Forzi Armati f’Ħal Far. Fil-ħafna diskors illi ntqal fil-jiem li għaddew, ilPN kompla bl-attakki tiegħu fil-konfront tal-Pulizija, partikolarment fuq il-persuna tal-Kummissarju talPulizija, Angelo Gafà.
Il-ftit kummenti pożittivi b’rabta malinvestigazzjoni li saru minn esponenti Nazzjonalisti kienu mqanżħa u kwalifikati. Kien ikun ħafna aħjar għall-PN biex jagħmel kapital politiku minn każ bħal dan kieku baqa’ mhux solvut. Huwa sigriet magħruf illi l-PN jogħxa meta jkun jista’ jsaħħan l-irjus, speċjalment meta jkun qed jorganizza xi ġbir ta’ fondi jew xi protesta nazzjonali. Sal-Ġimgħa filgħaxija, meta kienu diġà tressqu l-Qorti sitt persuni b’rabta mas-serqa, u kienet irkuprata parti kbira mid-droga misruqa, l-Avukat Edward Debono, mistieden regolari fuq il-midja tal-PN, billi huwa l-Avukat ta’ Bernard Grech, iddeskriva s-suċċess tal-Pulizija bħala “farsa ta’ investigazzjoni.”
Kumment illi stona u weġġa’ ħafna Pulizija li jaqdu dmirhom tajjeb lejn is-soċjetà. Bl-istil intimidatorju tiegħu, l-Avukat Edward Debono f’isem il-PN kompla jżeblaħ lill-Korp talPulizija u lill-Armata, billi bħalissa l-PN għandu bżonn isaħħan l-irjus. Madankollu, aktar ma jsiru dikjarazzjonijiet bħal dawn u xenati fil-Parlament, il-PN qiegħed jidher partit maqtugħ min-nies għaliex kulħadd ħa gost bis-suċċess tal-Pulizija, għajr ovvjament dawk ta’ GonziPN li bħalissa qed jikkontrollaw lill-partit. Li kieku l-Pulizija ma kellhiex suċċess flinvestigazzjoni, il-PN kien se jimmonta kampanja li n-narrattiva tagħha kienet ġa bdiet mill-Ħadd, li l-Pulizija huma ineffettivi u li l-Gvern huwa kompliċi fis-serqa. Mhux l-ewwel darba li l-PN prova jimplika politiċi talPartit Laburista f’xi serqa illi tkun saret.
Din id-darba, marru żmerċ għax is-serjetà li biha mxiet il-Pulizija wasslet għal suċċess immedjat, li ma daqqx għal widnejn Karol Aquilina u sħabu. Kien għalhekk li ssejjaħ l-Avukat Debono għaliex bih, fil-programmi, ikollhom moħħhom mistrieħ li bħala “opinjonista indipendenti’ jiġbed il-linja tal-partit u jattakka lill-Korpi Dixxiplinati left right and centre bl-aktar mod salvaġġ. Is-suċċess fl-investigazzjoni xejjen għalkollox il-kampanja li kienet qed titħejja u għalhekk, fl-istamperija kien hemm uċuħ tad-dwejjaq malli saru jafu li l-Pulizija kienet qed issolvi l-każ fl-iqsar ħin possibbli tant illi l-istunt ta’ quddiem il-Parlament kienet ineffettiva għaliex sa dak ilħin il-poplu kien jaf li l-Pulizija kienet irkuprat id-droga.
Tant naqset l-importanza tal-konferenza tal-aħbarijiet illi għaliha bagħtu żewġ deputati ġodda li m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-qasam talintern. Fil-pjan oriġinali kellu jkun hemm Karol Aquilina u Darren Carabott, qalu sorsi qrib il-Grupp Parlamentari tal-PN. Dan l-aġir huwa tipiku mill-PN kull meta jkun hemm każ li jsejjaħ għallgħaqda nazzjonali. Fl-istat li jinsab fih bħalissa, ilpolitika partiġġjana qed tissupera kull interess nazzjonali. Intant fil-jiem li ġejjin, waqt li l-investigazzjoni talPulizija għadha għaddejja, mistennija jkunu appuntati s-seduti li fihom se tibda l-kumpilazzjoni tal-provi filkonfront ta’ dawk mixlija sa issa.