F’attivita’ politika fiż-Żurrieq, il-kandidat tal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew, Noel Cassar, insista li hu kburi li jifforma parti minn dan il-moviment Progressiv, b’ideal soċjalisti taħt il-gwida ta’ statista kbir, Mexxej u Prim Ministru Joseph Muscat.
Hu spjega li l-pajjiż miexi b’ekonomija b’saħħitha li qatt ma’ kien hawn bħalha, tkabbir bla preċedent. Dan jidher ċar mill-aġenziji internazzjonali ta’ kreditu meta matul l-aħħar snin taw li pajjiżna ċertifikati pożittivi u żiedu r-ratings ta’ pajjiżna wkoll. Anke l-ġimgħa l-oħra l-Fond Monetarju Internazzjonali, IMF, ħareġ cċertifikat pożittiv ieħor fuq pajjiżna.
Mill-ġid li qiegħed jinħoloq qiegħed igawdi kulħadd, il-Pensjonanti, il-familji u n-negozji tagħna, uliedna b’edukazzjoni aħjar u firxa kbira ta’ nies madwar il-Pajjiż li qegħdin iħossu l-effet pożittiv ta’ ekonomija.
Hu rringrazzja għax-xoghol siewi li qed isir mill-Prim Ministru flimkien mal-kabinett u l-membri Parlamentari. Hu kompla jtenni li dan is-suċċess huma wkoll mertu tagħna lkoll, ta’ poplu bieżel, ħabrieki u kburi li huwa dehen Malta.
Biss, ma’ naqasx milli jsemmi l-ħsara li qegħda ssir minn Membri Parlamentari Nazzjonalisti li jxewxu u jaħdmu kontra Malta, minflok jaraw x’jistgħu iġibu ta’ ġid lejn Pajjiżna. Hu spjega kif dan is-surplus qed jgħin biex jagħmel lil pajjizna iktar ‘żagħżugħ’, b’infrastruttura publika, infrastruttura fit-toroq tagħna, infrastruttura kulturali, teknologika, edukativa, infrastruttura fil-qasam tas-saħħa u ħafna oħrajn.
Hu spjega li s-surplus li ġie rreġistrat ma’ kienx ta’ sena waħda biss, imma skond tbassir ekonomiku, din is-sena ħa tkun ir-raba sena konsekuttiva li pajjiż ikun rreġistra surplus.
“Fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew għandna nagħtu sinjal patrijottiku u ta’ mħabba lejn pajjiżna. Għandna nagħtu sinjal li x’jiġri x’jiġri, ma’ nicħdu qatt lil art twelidna għax Malta tiġi l-ewwel u qabel kollox” qal Cassar fid-diskors tiegħhu.
Kemm il darba jkun elett fil-Parlament Ewropew, Noel ħa jara li pajjiżna jieħu kemm jista jkun fondi mill-Unjoni Ewropeja fil-perjodu 2021-2027, li jibqa jkun ivvantaġġjat fir-rigward ta’ liġijiet relatati ma’ taxxi u jibqa kontra li jintilfu l-ħajjiet fil-bahar imma fl-istess ħin kontra li Malta ssir centru għall-wasliet ta’ l-immigranti.
Waqt id-diskors ma’ setax ma’ jagħtix merħba liz-zgħazagħ u lil dawk li ħa jivvutaw ghall-ewwel darba lil Partit Laburista. Biss ma’ nessiex jirringrazzja lil dawk in-nies li ħadmu qatiegħ għal-Partit matul is-snin billi lisssen parti mill-innu tal-Partit Laburista.
Noel temm id-diskors tiegħu billi spjega li kemm-il darba jiġi elett, hu ħa jkun il-Vuċi taż-żgħażagħ, pensjonanti, ħaddiema u dawk kollha li huma kburin bil-bandiera Maltija, fejn is-slogan tal-kampanja tiegħu għal dawn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew huwa il-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa.