Is-suċċess li qed jirnexxielu jikseb pajjiżna mistenni li jkompli jinfirtex aktar fost il-poplu Malti u Għawdxi kollu, hekk kif il-baġit ta’ għada se jkun wieħed mibni fuq dawk ta’ qablu.
Hekk sostna l-Prim Ministru Joseph Muscat f’kummenti esklussivi mal-gazzetta Kullħadd propju lejliet li l-Gvern iressaq il-pjan ekonomiku tiegħu għas-sena d-dieħla, li sej kun wieħed bi strateġija ekonomika ta’ għaxar snin.
Matul dan il-baġit, il-Gvern se jkun qiegħed jilħaq il-miri fiskali tiegħu, u għalhekk jista’ jimpliment aktar miżuri elettorali li wiegħed qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.