Is-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali tara mal-10,000 applikazzjoni ta’ żvilupp, alterazzjoni jew restawr ta’ bini u siti kull sena.
Dan qalu Joseph Magro Conti, Is-Sovritendent ewlieni ta’ din l-awtorità li xogħolha huwa li tassigura li waqt xogħlijiet relatati ma’ kostruzzjoni u restawr ma jintilef l-ebda patrimonju Malti eżistenti jew dak li jista’ jkun taħt is-sit.
Magro Conti stqarr, “Niġu konsultati mill-awtorità tal-ippjanar f’madwar 10,000 każ fis-sena. Jinkludu wkoll xogħlijiet ta’ toroq, ta trinkar u allura s-sovrintendenza parti minn xogħlha li tara dawn l-applikazzjonijiet u tara f’liem għandha bżonn tikkummenta pereżempju jkunu fuq restawr ta’ binja nikkummentaw fuq restoration method statement pero ħafna drabi nikkummentaw fuq is-sensittività arkeoloġika tal-post.”
Is-Sur Conti kompla jispjega li l-proċess tas-Sovritendenza huwa wieħed kumpless li jista’ jieħu ammont ta’ żmien sakemm jitlesta.
Kompla,“Pero idum għax dawn tant huma affarijiet fraġli u min qed jiskavom min qed joħroġhom mill-art l-arekoloġiku irid ikun speċjalizzat pereżempju fuq l-għadam. Hawnhekk għandna għadam ta’ adulti, għadam ta’ tfal, trid toqgħod attent kif testrattahom mill-art.”
Minn naħa tiegħu l-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici spjega li l-Gvern rrikonoxxa x-xogħol importanti tas-Sovritendenza u għalhekk tul dawn l-aħħar snin investata fiha sabiex tkompli tkun aktar effiċjenti f’xogħolha.
“Qed ikun hemm aktar ħidma sabiex is-servizz ikun aħjar u dan sar billi żidna in-numru ta’ ħaddiema kemm ħaddiema b’sperjenza li ġew minn entitajiet oħra u anke gradwati ġodda mill-università illi allura qed jitħarrġu wkoll fis-sovritendenza biex illu għandna korp prpearat li jista jilqi għall-isfidi tal-lum u dawk ta’ għada.” Stqarr il-Ministru Bonnici.
Intant b’rabta mal-jum iddedikat għall-Arkeoloġija, matul il-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt is-Sovritendenza qed itella’ wirja f’Bieb il-Belt ta’ sejbiet li nstabu f’numru ta’ siti madwar il-gżejjer Maltin. Fost dawn is-sejbiet li għadhom fl-istat oriġinali ta’ kif instabu hemm għadam ta’ bnedmin, lavur fil-ġebel, pipa u kif ukoll platti u bombli storiċi.