Is-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’Malta issa tidher li hija taħt kontroll fejn għal diversi ġranet ġew irrapurtati ftit jew ebda każijiet ġodda.
Dan sostnietu s-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika fejn ġie spjegat kif il-progress li għamel pajjiżna ppermetta t-tneħħija tal-biċċa l-kbira tal-miżuri preventivi fil-komunità, inkluż il-ftuħ gradwali tal-fruntieri tagħna għall-ivvjaġġar.
Is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qalet li huwa importanti li nibqgħu nipprevenu l-infezzjonijiet permezz taż-żamma tad-distanza soċjali u l-ħarsien tal-iġjene.