Għal darb’oħra l-poplu wera appoġġ lejn il-Partit Laburista bl-għoti ta’ donazzjonijiet. Waqt maratona għal ġbir ta’ fondi lbieraħ, inqabżet is-somma ta’ €576,000.
In-nies mhux biss ikkonkorrew permezz tad-donazzjonijiet iżda pparteċipaw ukoll billi żaru l-kumpless ONE fejn saret il-maratona din id-darba. Maratona li fissret ukoll xandira televiżiva tal-ogħla kwalità.
Il-maratona ġbir ta’ fondi li organizza gimħatejn ilu l-Partit Laburista kienet oħra ta’ suċċess, bis-somma finali taqbeż is-€600,000.