Is-solitudni. Ġerħa li sfortunatament, ħafna jesperjenzaw xi darba jew oħra f’ħajjithom. Ġerħa li bosta għaqdiet f’pajjiżna, fosthom l-Università ta’ Malta u l-Caritas, iridu jtaffu.
Dokumentarju ġdid bl-isem “Il-Ġerħa tas-Solitudni: il-Mixja lejn Soluzzjoni”, se jidentifika r-raġunijiet għalfejn persuni jispiċċaw waħedhom, u kemm din tista’ tkun perikoluża għal saħħet il-bniedem.
Fl-istess ħin, id-dokumentarju se jara x’soluzzjonijiet hemm biex dan il-fenomenu jispiċċa.