Dalgħodu, il-President ta’ Malta George Vella rċieva telefonata mill-President Tork Recep Tayyip Erdogan.
Matul din it-telefonata, il-President Tork wera l-apprezzament tiegħu għall-assistenza tanġibbli mill-awtoritajiet Maltin, għaqdiet mhux governattivi u l-poplu Malti lit-Turkija.
Huwa qal li s-solidarjetà li wriet Malta, qawwiet ir-reżiljenza tal-pajjiż u misset qalb il-poplu Tork.
Il-President Vella wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-popu Tork, wara t-terremot li ħasad aktar minn sitta u erbgħin elf ħajja fit-Turkija u fis-Sirja.