Il-problema ta’ sodod fil-kurituri, fejn il-pazjenti jirċievu l-kura b’mod xejn dinjituż, kważi ġiet eliminata għal kollox. Minn eluf ta’ pazjenti li kienu spiċċaw fil-kuritur, fl-aħħar tlett snin, dan in-numru niżel għal ftit mijiet tant li anki l-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel uriet is-sodisfazzjon tagħha għal dan.