Is-soċjo-demokratiċi tal-Ġermanja qablu biex jibdew negozjati ta’ koalizzjoni formali mal-konservattivi tal-Kanċillier Ġermaniża, Angela Merkel.
Minn mindu l-Ġermaniżi vvuttaw f’Settembru li għadda, l-partit tal-kanċillier ipprova jifforma gvern.
Inizjallment, is-soċjo-demokratiċi eskludew li jmorru lura fil-gvern mal-partit ċentru lemini, CDU u l-Christian Social Union.
In-negozjati jistgħu jibdew mil-lum, b’Merkel tinsab ħerqana li tagħlaqhom sat-tnax ta’ Frar li ġej.