Is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar qiegħda twissi lill-għawwiema kollha sabiex ma jinżlux jgħumu. Dan għaliex bħalissa l-pajjiż inħakem minn maltempata bis-sajjetti.
Għal din ir-raġuni f’ħafna bajjiet f’Malta bħalissa qed jittajjru żewġ bnadar ħomor li jissinnifikaw ambjent perikoluż għall-għawwiema.
Qed jirrikomandaw lil kulħadd biex jevitaw spazji miftuħin għall-għawm għaliex sajjetta jaf tkun fatali jekk tagħmel kuntatt mal-baħar.