Il-membri tas-Soċjeta Maltija tal-iScale Models qegħdin itellgħu l-erbgħin wirja annwali tagħhom ta’ mudelli ġewwa l-Mużew Marittimu fil-Birgu.
Din is-sena, is-soċjeta’ qed tiċċelebra l-40 sena minn l-ewwel esebizzjoni ta’ diversi mudelli.
Il-mudelli esibiti jinkludu diversi affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-qasam militari kif ukoll ċivili, kollha minn żminijiet u xenarji differenti. Il-wirja tinkludi wkoll sezzjoni ddedikata lill-figurini.
Bosta min dawn il-mudelli rebħu premijiet varji f’kompetizzjonijiet internazzjonali f’dawn l-aħħar snin.
Dawk in-nies interessati li jżuru il-wirja ta’ din is-sena’ ser ikunu jistgħu jaraw ukoll membri tas-Soċjetà jaħdmu fuq xi mudelli dak il-ħin tul il-wirja. B’hekk wieħed ikun jista’ jsegwi il-proċess tal-bini ta’ dawn il-mudelli kif ukoll jitkellmu mal-membri.
ONE News żar il-wirja li qed tiġi esebita għall-pubbliku u tkellimna mal-president ta’ IPMS, Ivan Cocker fejn huwa ta ftit dettalji dwar il-ħidma tal-ħamsin membru biex tkun tista’ tittella din il-wirja ta’ livell ferm għoli.
Hu qal, “Saret min ħamsin membru tagħna stess jiġifieri bħala xogħol sfortunatament l-unika darba li fallejnali m’għamilnix wirja kienet fi żmien li konna bil-pandemija. Ovjament dak huwa frott ta’ dak iż-żmien iġifieri ma qadnix lura u bqajna naħdmu fuqha u llum qed nuru dak ix-xogħol kollu li sar wara l-kwinti għal dak iż-żmien kollu u qed naraw ħafna mix-xogħlijiet ġodda li saru mill-membri tagħna stess.”
Cocker kompla jispjega xi ftit eżempji ta’ mudelli li nistgħu nsibu ġewwa dan il-mużew u tenna kif l-istorja ta’ Malta dejjem tibqa’ f’moħħ dawk li taw il-kontribut tagħhom għal dawn il-figurini.
Hu stqarr, “Il-maġġoranza tal-mudelli ħafna minhom huma militari imma hawn dawk ċivili iġifieri hawn minn kwalunkwe qasam, dawk li huma vetturi militari, ajruplani, affarijiet marittimi u karozzi u figurini.”
Fi tmiem l-intervista Ivan Cocker, qal kif bħal diversi snin se jkunu qegħdin jikkompetu f’kompetizzjoni internazzjonali ġewwa l-Olanda u l-għan ewlieni ta’ dan huwa sabiex din il-forma ta’ arti tibqa’ popolari.
Cocker irrimarka,“Hija xi ħaġa internazzjonali. Ilha mistennija għal tliet snin. Min naħa tagħna irridu naħdmu ħafna għaliha, trid tipprepara sew u l-interess tagħha hux biss li tiħu xi midalji u l-premji li jkun hemm min-naħa tagħha imma naraw li l-istandard Malti għadu juri l-isem tiegħu u nibqgħu nżommuh regolarment f’dawn il-kompetizzjonijiet internazzjonali.”