Għaqdiet mhux governattivi f’Għawdex qegħdin jaħdmu fuq Dikjarazzjoni favur l-Inklussività għall-gruppi li jirrappreżentaw fil-gżira Għawdxija.
Rappreżentanti tal-Fondazzjoni OASI, Dar ARKA, LGBTI+ GOZO, Mental Health Association Gozo u l-‘Gozo Association for the deaf’ iltaqgħu fil-Fondazzjoni ARKA f’Għajnsielem, Għawdex biex jiffinalizzaw Dikjarazzjoni bil-miri speċifiċi tagħhom fil-qasam tal-inklussività.
Din l-inizjattiva qed issir b’kollaborazzjoni mal-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant u tal-S&D, il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew.
L-għaqdiet iddiskutew l-isfidi li qed jaffaċċjaw f’ħidmiethom, proposti biex l-inklussivita` soċjali tingħata l-attenzjoni u r-riżorsi li jixirqulha ħalli tkun tista’ tlaħħaq u tissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi taċ-ċittadini u l-familji residenti f’Għawdex.
Id-Dikjarazzjoni mistennija titħabbar uffiċċjalment nhar is-Sibt 3 ta’ Novembru fl-10:00.
Ġenituri, qraba u ħbieb ta’ persuni f’Għawdex interessati f’din id-Dikjarazzjoni u l-pubbliku huma mistiedna jattendu.