Is-snin li ġejjin se jkunu snin tad-deheb għall-Istati Uniti. Iddikjara dan is-47 President tal-Istati Uniti Donald Trump, ftit wara li ħa t-tieni ġurament tal-ħatra bħala President Amerikan.
Trump qal ukoll li l-bidla se sseħħ b’mod rapidu, dan filwaqt li dan hu t-tmiem tar-rigress.
Semma li fost l-ewwel deċiżjonijiet tiegħu se jkun hemm dik ta’ dikjarazzjoni ta’ emerġenza nazzjonali mal-fruntiera mal-Messiku, fin-nofsinhar tal-pajjiż u l-cartels se jitqiesu bħala organizzazzjonijiet terroristiċi.
Il-President Amerikan Donald Trump qal ukoll li l-legat tiegħu se jibqa’ dak favur il-paċi u l-għaqda.