Il-forzi Russi reġgħu attakkaw lill-Ukrajna, din id-darba b’attakki fuq impjanti tal-enerġija li ħallew partijiet fi Kjiv u bliet kbar oħra bla dawl u ilma. Fi Kjiv biss, saru tliet splużjonijiet.
Żewġ impjanti tal-enerġija sofrew ħsarat kbar fil-belt ċentrali ta’ Dnipro filwaqt li f’Zhytomyr ġie rrappurtat qtugħ ta’ dawl.
Kelliem għall-President qal li s-sitwazzjoni fl-Ukrajna issa, hija “kritika” u qal li l-popolazzjoni kollha trid tħejji ruħha għal xitwa iebsa.
Fuq Twitter, il-President Volodymyr Zelensky kiteb li fl-aħħar tmint ijiem, tletin fil-mija tal-power stations fl-Ukrajna nqerdu għal kollox.
Qed jingħad ukoll li żewġ persuni nqatlu f’attakk fil-kapitali.
Dawn l-attakki saru l-għada wara li Kjiv ġiet attakkata bid-drones, f’attakki li ħallew minn tal-inqas tmien persuni mejta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI