Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika nnutat ukoll li n-numru ta’ każijiet ġodda baqgħu baxxi, u s-sitwazzjoni f’pajjiżna hija stabbli.
Qalet ukoll li t-tnaqqis ta’ ċertu miżuri seta jsir għaliex ma kinux ta’ riskju għoli ħafna.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika stqarret: “Ladarba persuni jkunu qed jieħdu l-mezzi ta’ prevenzjoni meta jmorru f’dawn il-postijiet, pereżempju n-nies li jmorru jixtru dawn l-affarijiet li għandhom bżonn minn dawn il-ħwienet kemm essenzjali bħall-ikel, xorb u mediċini imma anki affarijiet oħra li jkollok bżonn għall-ġurnata ta’ kuljum, hemmhekk ladarba l-persuni qegħdin jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, inkunu nistgħu nassiguraw dak is-safety li rridu nżommu fil-pajjiż tagħna.”
Il-Professur Gauci qalet li għaddejja ħidma biex it-tnaqqis tal-miżuri jkompli iżda jsiru b’pass meqjus.
“La darba qed jittieħdu l-prekawzjonijiet meta n-nies imorru jixtru nistgħu nassiguraw s-saħħa tal-poplu”, irrimarkat il-Professur Gauci li qalet li bil-koperazzjoni tal-poplu nistgħu nkomplu nirrilassaw iktar miżuri.
Għaldaqstant l-appell biex kulħadd isegwi l-miżuri ta’ prekawzjoni ħalli s-sitwazzjoni tibqa’ kkontrollata u jkunu jistgħu jiġu rilaxxati aktar miżuri.