“Kull sena, il-ġurnata ta’ 8 ta’ Marzu tfakkarna li għad għandna triq twila quddiema sabiex flimkien niksbu l-ugwaljanza bejn is-sessi”. Dan kien il-messaġġ ta’ Iratxe García Pérez, il-President tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fi ħdan il-Parlament Ewropew. Dan il-messaġġ qed jisħqu fuqu wkoll il-Membri Parlamentari fi isem il-Partit Laburista: Alfred Sant, Alex Agius Saliba, Josianne Cutajar u Cyrus Engerer.
García Pérez sostniet li anke fis-seklu 21, din il-ġurnata għandha sservi biex tfakkar lin-nisa li għandhom jibqa’ jaħdmu għall-ugwaljanza u jaraw li din tinkiseb fir-realtà u mhux bil-kliem biss.
Hija Pérez qalet li l-pandemija tefgħet dawl fuq realtà li ilna nafu biha imma s’issa dejjem ġiet injorata, dik li mingħajr ix-xogħol prekarju ta’ ħafna infermiera, fattigi, dawk li jaħdmu fil-ħwienet, dawk li jieħdu ħsieb it-tfal, il-persuni b’diżabilità u l-anzjani jaffaċċjaw realtà ħarxa. Dan minħabba in-nuqqas ta’ sigurtà fix-xogħlijiet, ħlas ugwali u rikonoxximent soċjali. Għalhekk l-istituzzjonijiet pubbliċi għandhom id-dover li jiġġieldu fuq żewġ binarji: il-ġlieda kontra l-isterjotipi soċjali, kif ukoll fil-livell politiku. Dan għandu jsir permezz ta’ proposti leġiżlativi biex jiġu indirizzati dawn l-inġustizzji.
García Pérez tenniet li n-nisa llum il-ġurnata għadhom iġorru l-mentalità li n-nisa għadhom ikunu dawk li jieħdu ħsieb il-familja tagħhom u huwa għalhekk li ħafna nisa jiddedikaw ħafna mill-ħin tagħhom biex jindorkraw lill-familja tagħhom. Dan ħafna drabi jsir mingħajr man-nisa jkunu offruti kumpens.
Hija saħqet li l-bidla ssir meta l-kura tibda titqies bħala parti mill-ħajja ta’ kuljum f’kull familja. García Pérez hija tenniet li biex nagħmlu dan irid jinkiser it-tabù marbut mal-kura tal-familja għaliex din għandha tkun resposabilità ta’ kulħadd.
Hija enfasizzat fuq l-importanza li nrawmu lit-tfal biex jieħdu ħsieb il-familja għaliex b’hekk inkunu qed ninvestu fl-edukazzjoni, il-ġustizzja u l-ugwaljanza.
García Pérez kompliet tgħid li minkejja li fl-2017, l-Unjoni Ewropea addattat il-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali, li jisħaq fuq it-trattament ugwali bejn is-sessi f’kull sfera tas-soċjetà, għadna ’l bogħod milli nilħqu din il-mira.
Studju li sar reċentement juri li għad hawn nisa li ma jitħallsux għal xogħol li jagħmlu. Irriżulta wkoll li n-nisa jokkupaw 73.8% tal-impjiegi part-time fl-Unjoni Ewropea. García Pérez tenniet li hawn ħtieġa ta’ poltika iktar flessibli biex in-nisa ma jibqgħux jissagrifikaw il-karriera tagħhom.
García Pérez qalet ukoll li wara talba tal-Parit tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, il-Kummissjoni Ewropea din il-ġimgħa ppreżentat proposta sabiex tiddaħħal direttiva dwar it-trasparenza fil-pagi. Hija l-Parit tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi se jkompli jaħdem fil-Parlament Ewropew favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.