Is-sitwazzjoni f’pajjiżna dwar il-Coronavirus għadha taħt kontroll.
Dan sostnieh il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela waqt intervista l-Ħadd filgħodu fuq One. Dr Abela tenna li flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa jinsab pożittiv bir-rata li biha qed jiżdiedu l-każijiet f’pajjiżna.
“Dak li rnexxielna nagħmlu f’pajjiżna għamilna xi ħaġa li l-ebda pajjiż ieħor ma kien kapaċi jagħmilha. Antiċipajna t-tellieqa u bdejna niġru qabel. Konna pro-attivi. Tlaqna niġru qabei il-waqt u bdejna nagħmlu l-miżuri waħda wara waħda”, saħaq Dr Abela.
Kompla jispjega li l-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa qed jaħdmu qatigħ biex isibu bilanċ bejn il-miżuri restrittivi u l-effetti negattivi li jġibu magħhom.
Il-Prim Ministru stqarr:“Sibna bilanċ fejn it-tbatija żammejniha fl-anqas livell possibbli. Kienet sogru, erfajt piż u l-miżuri li ngħataw b’mod gradwali u ħallejna ftit libertá li ma rridx sitwazzjoni li ngħidu li kellna suċċess komplet u jqumu problemi oħra bħas-saħħa mentali.”
Spjega li dan is-suċċess huwa grazzi għal diversi miżuri li l-Gvern kien kapaċi jantiċipa qabel il-firxa ta’ dan il-virus.
Tenna wkoll li ma riedx li pajjiżna jiġi f’sitwazzjoni fejn jagħżel min jieħu l-kura u min le.
Dr Abela sostna, “Dan huwa l-mod kif jintefqu l-flus fil-pajjiż. Nixtieq ngħid li għamilna n-nefqa li ma nużawx imma ma rridx nagħżel bejn pazjenti. Din lili tallarmani.”
Huwa rringrazzja lil-Forzi tal-Ordni kollha għall-ħidma kbira li qed jagħmlu b’dedikazzjoni u serjetá liema bħalha.
Kompla jgħid, “Kemm ammirrajt kemm kienu entużjasti għax-xogħol u tara dak is-sens li huma akkaniti għal ġurnata xogħol. Tara kemm verament il-forzi tal-ordni huma kburin b’xogħolhom. Armata Protezzjoni Ċivili, lil kulħadd. Kulħadd qed jagħmnel biċċa xogħol eċċezjzonali.”
Huwa temm l-intervista tiegħu b’messaġġ ta’ kuraġġ għall-poplu Malti.
Il-Prim Ministru Abela kkonkluda jgħid, “Jien irrid lil-poplu Malti jgawdi s-sajf. Irid nara target li jkun jista’ jirrilassa. Meta nieħu pjaċir ngħid ibqa’ d-dar tiegħek u rrid intih dak it-targets u ngħidu li ftit ġimgħat oħra nħarsu lura lejn dak li għaddejna minnu.”
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/04/05/sinjal-bsahhtu-favur-is-saltna-tad-dritt-il-pm/