L-Università ta’ Malta qalet li s-sitwazzjoni b’rabta ma’ numru limitat ta’ studenti għal ċertu suġġetti addizzjonali fil-kors tal-liġi ġiet rimedjata wara azzjoni immedjata li ħadet l-Università.
Issa studenti li qegħdin fil-ħames sena fil-kors tal-liġi jistgħu jirreġistraw għal kull suġġett addizjonali li jixtiequ u jiġu akkomodati.
L-Università rrimarkat li n-numru limitat kien fuq ftit suġġetti u sar biss biex l-istudenti jgawdu minn edukazzjoni akkademika fi gruppi żgħar.
L-Università qalet li suġġetti addizzjonali se jkunu offruti fuq żewġ simestri biex jiġi akkomodat kulħadd.