Imħallef laqa’ t-talba biex jibqa’ miżmum milli jsir żvilupp fis-sit f’Santa Venera, li kien qed jiġi skavat u li kkawża t’hekk sfronda id-dar biswitu fejn inħasdet il-ħajja ta’ Miriam Pace.
It-talba tressqet mill-kuntrattur Ludwig Dimech u l-bennej Nicholas Spiteri, li kienu argumentaw li jekk is-sit jiġi rilaxxat għall-iżvilupp, kien se jippreġudika l-każ kontra tagħhom.
Dan hekk kif fil-fratemp huma qegħdin jistennew l-eżitu tal-ġuri pendenti fejn qed ikunu akkużati b’involviment fil-qtil tal-istess Pace.