Is-sit awtorevoli Politico nnota l-fiduċja internazzjonali li għandha Malta biex tieħu l-Presidenza tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, l-OSCE, mill-ewwel ta’ Jannar.
Hawnhekk ġie nnotat li pajjiżi ġġanti bħall-Istati Uniti u l-Ġermanja qegħdin jagħtu l-fiduċja tagħhom lejn pajjiżna għal dan ir-rwol importanti.
Din il-fiċudja internazzjonali f’pajjiżna ġiet imtennija waqt laqgħat li kellu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg mal-Ministri rispettivi ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi.
Il-Politico nnota wkoll li Malta bħalissa għandha siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda.
Ma’ dan, is-sit awtorevoli semma kif f’Settembru li għadda f’Malta, il-konsulent Amerikan dwar is-sigurtà, Jake Sullivan kellu laqgħat mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ċiniż, Wang Yi. B’dan wassal biex il-President Amerikan Joe Biden u l-President Ċiniż Xi Jinping iltaqgħu fl-Amerika f’San Francisco x-xahar li għadda.
Dan is-sit internazzjonali nnota wkoll li f’Ottubru, Malta ospitat aktar minn sittin diplomatiku minn madwar id-dinja, waqt il-Ukraine Peace Formula.
AQRA AKTAR: