Malta għandha t-tieni l-iżjed nies imlaqqma mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea bil-booster għal kontra l-Covid-19.
Dan ħareġ skont statistika ppubblikata mis-sit awtorevoli Politico.
Dan hekk kif f’pajjiżna ngħataw iżjed minn 32 doża tal-booster għal kull 100 persuna.
Bl-iżjed pajjiż li laqqam nies bil-booster fl-Unjoni Ewropea huwa l-Awstrija.
F’dan il-pajjiż hemm diversi restrizzjonijiet fejn fl-aħħar ġimgħat, anke kien hemm lockdown nazzjonali u t-tilqim f’dan il-pajjiż sar wieħed mandatorju.
Ir-rata ta’ pajjiżna tiżboq sew il-medja tal-Unjoni Ewropea, hekk kif ir-rata hawnhekk hija ta’ ftit iżjed minn 21 doża tal-booster għal kull 100 persuna.
F’din l-istatistika ħareġ ukoll kif f’pajjiżi bħal Kroazja, l-Olanda, l-Estonja u l-Islovakkja għadhom ma ngħataw l-ebda tilqim tal-booster.