L-entità Transport Malta treġġa’ lura għan-normal is-sistemi kompjuterizzati kollha relatati mal-liċenzji tal-vetturi u s-sewqan.
Fi stqarrija Transport Malta qalet li l-Awtorità se tiftaħ ukoll l-uffiċċju tagħha fi ħdan l-Unità għal-Liċenzji tal-Vetturi u s-Sewqan (DVLU) f’Ħal Lija.
B’hekk il-klijenti jkunu jistgħu jipproċessaw it-transazzjonijiet tagħhom relatati mar-reġistrazzjoni, bidla fis-sid tal-vettura jew kwalunkwe transazzjoni relatata mal-liċenzji tas-sewqan.
Il-ħinijiet ta’ ftuħ għall-uffiċċji tad-DVLU huma kif ġej:
A3 Towers, Triq l-Arkata, Raħal Ġdid: It-Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamis, il-Ġimgħa bejn is-07.30am u 12.00pm; l-Erbgħa bejn is-07.30am u s-02.00pm.
Triq Pantar, Ħal Lija: It-Tlieta, l-Erbgħa, il-Ħamis, il-Ġimgħa bejn is-07.30am u 12.00pm; It-Tnejn bejn is-07.30am u s-02.00pm.