Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kien imfaħħar mill-Fondazzjoni tal-Prinċep Karlu għall-appoġġ li tat fil-qasam tal-edukazzjoni, speċjalment dawk li huma aktar vulnerabbli. Din il-fondazzjoni faħħret lill-edukaturi kollha Maltin.
Ann Newman, il-Manager Reġjonali, faħħret lill-edukaturi Maltin talli baqgħu jagħtu edukazzjoni b’mod ħolistiku u kkordinat.
Il-fondazzjoni aċċennat b’mod partikolari għall-fatt li baqa’ jkun provdut is-servizz ta’ ikel fid-djar, li normalment jingħataw fl-iskejjel, servizz ta’ internet b’xejn, u l-għoti ta’ laptop lill-istudenti li ma għandhomx.
Il-programm ‘Achieve’ huwa offrut mill-Fondazzjoni tal-Prinċep Karlu u huwa mmirat sabiex jgħin lill-istudenti vulnerabbli.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qiegħed jipparteċipa f’dan il-programm permezz tal-Kordinazzjoni ta’ Maureen Amoroso.
Newman faħħret lill-edukaturi Maltin għaliex skontha huma qegħdin jagħmlu aktar minn dak rikjest minnhom sabiex jappoġġjaw lill-istudenti tagħhom f’dan iż-żmien tal-pandemija.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici laqa’ dawn il-kummenti dwar ix-xogħol eċċellenti li jagħmlu l-edukaturi Maltin.
Huwa sostna: “Il-Fondazzjoni tal-Prinċep Karlu hija istituzzjoni globali magħrufa fil-qasam tal-edukazzjoni u dan juri kemm ix-xogħol li qiegħed isir hawn Malta qed iħalli impatt pożittiv fuq diversi persuni parikolarment dawk vulnerabbli.”
An excellent example of how national and #localgov are working to fight Covid: delivering meals; closing schools and delivering education remotely; providing IT equipment and holding extensive virtual meetings. We salute you @OwenBonnici https://t.co/IPLEY3bi6R
— Dr Greg Munro (@CLGFSG_GMunro) May 5, 2020