Żgur tiftakruha. Din hija waħda mill-kanzunetti ikoniċi tal-film The Little Mermaid li grazzi għal Disney saħħarna lura fid-disgħinijiet. L-istorja issa se tingħad lilna minn fuq il-palk tat-Teatru Manoel, hekk kif hija t-tema tal-pantomima tal-Milied li qed tmexxi l-kumpanija lokali FM Theatre Productions.
Jum biss qabel ma’ din infetħet għall-pubbliku dħalna wara l-kwinti tat-Teatru Manoel, fejn interrompejna ftit lill-attur Edward Mercieca mil-preparamenti u l-provi biex jgħidilna ftit fuq liema vjaġġ se teħdona The Little Mermaid tat-Teatru Manoel.
Mercieca spjega: “Journey minn taħt il-baħar għal fuq l-art. Se mmorru niġġieldu mal-pirati, għandna fairy. L-istorja oriġinali m’għandhiex. Għandna avventura fuq Malta wkoll mbagħad immorru lura fil-baħar biex it-tajjeb dejjem jegħleb il-ħazin fil-panto.”
Naturalment il-proċess biex titella’ pantomima jieħu xhur, kif qaltilna l-korjografu, Louisa Fenech Conti.
Hija fissret: “Took me about 4 months to reserach but once I got the info together I put it together quite quickly in the end, I would say a month and a half once I had all the information I need.”
Pantomima hija differenti ferm minn musicals aktar tradizzjonali minħabba l-ammont kbir ta’ nies fiha li huma ta’ livelli differenti ta’ żfin, tgħidilna l-korjografu.
Conti sostniet: “It’s a matter of finding the middle ground and worked with costumes earlier on. We had different levels to deal with and costumes to deal with which is a challenge let’s say.”
Tkellimna wkoll mal-Maestro Chris Gatt li se jkun qed imexxi l-orkestra waqt il-prestazzjonijiet. Hu qalilna: “Indumu 3 xhur biex inlesti kollox biex tikteb l-iscore, titgħallmu u tikteb l-iscript ukoll.”
Għalih, l-aktar ħaġa kruċjali hija l-mużika dejjem tindaqq live. Huwa temm jgħid: “Kullimkien. Imma fit-teatru b’mod speċjali l-muzika tibqa’ live.”
Qabel ma ħallejna l-atturi jkomplu bl-aħħar ftit provi qabel il-ftuħ tal-pantomima, Edward Mercieca spjega kif, anke għal attur ta’ esperjenza, il-pantomima tal-Milied ma tantx tista’ tqabbilha ma’ xi reċta oħra…
“Esperjenza għax hi mod kif tirreċta kompletament differenti. Il-fourth wall, l-udjenza, li suppost qatt ma jinkiser qed jinkiser il-hin kollu fil-pantomima”, qal Mercieca.
Il-Pantomima The Little Mermaid qed tittella’ fit-Teatru Manoel bħalissa sal-5 ta’ Jannar li ġej.