Dalgħodu ġie mniedi l-avveniment “Pink October” li din is-sena ser ikun it-tielet edizzjoni tiegħu.
It-tneddija saret mic-Chairperson ta’ Marigold Foundation is-Sinjura Michelle Muscat li spjegat l-inizjattivi u l-attivitajiet li hemm ippjanati tul ix-xahar ta’ Ottubru ddedikat għall-aktar għarfien dwar il-kanċer fis-sider.
Fost l-attivitajiet ser issir mixja bil-lejl, diversi mixjiet oħra, bike ride u kif ukoll ser tinxtegħel binja pubblika f’ kull lokalita’ madwar Malta u Għawdex.
Preżenti għal konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll Dr. Paula Vassallo u Dr. John Agius li spjegaw dwar x iwassal għal dan il-kanċer fosthom piż żejjed, ikel ħażin u nuqqas ta’ eżerċiżju fiżiku. Huma appellaw ukoll sabiex aktar nisa jagħmlu t-testijiet neċċesarji.