Alfred Zammit, is-Sindku tal-Belt Valletta jaħfer lil dak li bejn il-lejl tal-24 u l-25 ta’ Settembru ħaraqlu l-karozza f’att deskritt bħala wieħed vandalu.
Waqt ix-xhieda tiegħu, is-Sindku tal-Belt iddeskriva t-trawma li huwa għadda minnha meta induna li kienu ħarqulu l-karozza tiegħu taħt il-bieb ta’ daru. Alfred Zammit kompla jispjega li r-residenti tal-Belt eleġġewh biex iħares l-aqwa interessi tagħhom.
Dan l-att kien sar meta Zammit kien ħareġ intervista fuq każijiet ta’ ħruq fil-Belt Valletta, fejn kien wissa li qed nistennew traġedja akbar.
L-Avukat Dr Matthew Xuereb, li deher għas-Sindku Belti saħaq li f’dan l-istadju ma jkunx għaqli li jesprimu ruħhom fuq il-mertu tal-każ. L-Avukat Xuereb saħaq mal-Qorti li dan huwa attakk kodard fuq bniedem li jokkuppa kariga publika u li huwa maħbub mill-komunità Beltija.