Is-Sindku ta’ Ta’ Xbiex, Max Zammit, ikundanna att vandalu li seħħ f’latrina fil-lokalità.
Zammit ħabbar permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali filwaqt li ppubblika filmat qasir meħud minn fuq il-kameras tas-sigurtà. Dan il-filmat juri raġel jitfa’ l-bieb ġewwa.
Is-Sindku ta’ Ta’ Xbiex appella biex kull min għandu xi informazzjoni b’rabta mal-każ, jagħmel kuntatt mal-Għassa ta’ Tas-Sliema.
Sadanittant, f’kummenti li għadda ma’ One.com.mt, Zammit qal: “Nitlobkom ġentilment biex ma tiġġeneralizzawx. Jien għalija ma tagħmilx differenza jekk ux Malti jew barrani. Jien li jinteressani li jkun hemm sforzi kollettivi biex dan il-persuna jinqabad u dan il-filmat forsi jservi ta’ deterrent u jkun hemm aktar apprezzament u rispett lejn ix-xogħol tagħna fil-komunitajiet.”