Is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar, Graziella Galea, kisret ir-regoli finanzjarji f’iktar minn okkażjoni waħda. Rapport tal-Bord ta’ Governanza Lokali sab li l-Kunsill Lokali, immexxi minn bint l-eks Ministru Nazzjonalista Ċensu Galea, kiser il-liġijiet marbuta mat-tħaddim tal-finanzjament tal-Kunsilli Lokali għal sitt darbiet mill-inqas.
Kien Alfred Grima, li f’isem il-minoranza li tirrappreżenta lill-Partit Laburista f’dan il-Kunsill Lokali, ġibed l-attenzjoni tal-Bord dwar għadd ta’ irregolaritajiet. San Pawl il-Baħar hu wieħed mill-ikbar Kunsilli Lokali fil-pajjiż u għalhekk għandu ċerti responsabbiltajiet u baġit li jlaħħaq il-mijiet ta’ eluf ta’ ewro kull sena.
Jirriżulta li minn dawn il-flus Graziella Galea tati direct orders bl-addoċċ. Dan anke b’rabta ma’ kuntratti li jaqbżu sew il-limitili l-liġi tippermetti biex tingħata direct order.
“Id-dokumenti li ra l-Bord ta’ Governanza Lokali jikkonfermaw dan in-nuqqas u ċoè li għalkemm l-ammont tas-servizz inkwistjoni kien jeċċedi l-limitu stipulat mil-liġi għal direct order, xorta ma saret ebda sejħa għall-offerti kif trid il-liġi,” qalil-Bord li nnota kif mhux talli Galea ma ġabitx provi mod ieħor, iżda talli provat tiddefendi għemilha billi qalet li hekk kien jiġri fl-imgħoddi. Id-direct orders huma regolati biex jonqos iċ-ċans ta’ abbuż, iżda dan ftit li xejn deher għamel differenza għal Galea.
Kien hemm fost oħrajn it-tender tal-ġbir tal-iskart domestiku li għalkemm kien skadut b’sena xorta kien awtorizzat li jibqa’ jsirb’direct order.
“Il-Bord jirrimarka li f’dawn il-każijiet il-prassi għandha tkun li Kunsill Lokali għandu jipprepara u joħroġ tender ġdid biżżejjed qabel ma jiskadi t-tender li jkun qed jintuża fil-mument,” kien innotat biex kompla joħroġ in-nuqqas tat-tmexxija ta’ Galea.
Is-Segretarju Eżekuttiv magħżul minn Galea wkoll naqas meta ma ġibidx l-attenzjoni dwar dawn l-irregolaritajiet kif inhu stipulat mil-liġi. Anke biex tinfetaħ latrina nhar ta’ Ħadd, Graziella Galea kisret ir-regoli finanzjarji.
Graziella Galea kisret ukoll il-liġi għax mal-ħatra tagħha bħala sindku ma sarx audit tal-finanzi tal-Kunsill Lokali kif kienet obbligata tagħmel bil-liġi u kif saħansitra talbu membri oħra tal-Kunsill Lokali. Deċiżjoni deskritta minn nies qrib il-Kunsill Lokali bħala waħda maħsuba bil-għan li t-tmexxija finanzjarjata’ Galea ma jkollhiex ma’ xiex titqabbel u għalhekk ikun hemm inqas kontabbiltà.
Għal kull waħda minn dawn l-akkużi, Galea ddefendiet ruħhaiżda d-difiża tagħha kienet batuta mmens.
Sinjali tat-traffiku bl-addoċċ
Il-Bord tal-Governanza kkonferma wkoll l-ilmenti ta’ bosta dwar twaħħil ta’ sinjali tat-traffiku bl-addoċċ. San Pawl il-Baħar, waħda mil-lokalitajiet bl-ikbar problema ta’ parkeġġ tispikka għal kif minn żmien għal żmien jinbtu marki u linji li tant ikunu saru mingħajr konsultazzjoni u b’mod mgħaġġel li jinħoloq dubju kemm tkun saret konsultazzjoni dwarhom.
Dak li kienu jaħsbu dwaru r-residenti kkonfermah il-Bord li investiga dawn is-sinjali. “Hawn il-Bord ma jistax ma jikkundannax lill-Kunsill Lokali li għalkemm jaf li l-liġi qedtkun miksura, qed iħalli dan l-abbuż isir,” qal il-Bord. Saħansitra l-Bord talab audit tas-sinjali tat-traffiku li hemm f’San Pawl il-Baħar u li dawk is-sinjali li saru bla permess tal-awtorità kompetenti u allura huma illegali, jitneħħew. Dan l-audit għandu jsir u rapport dwar il-passi li ttieħdu għandu jkun konkluż sa Ottubru 2016.
Alfred Grima, li qajjem dan il-każ, innota kif l-investigazzjoni fuq temi differenti tikkonferma dak li l-minoranza tal-Partit Laburista fil-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar ilha tisħaq fuqu u tenna li jeħtieġ li dan il-Kunsill Lokali jitmexxa b’ferm iktar kontabbiltà.