Is-Sindku ta’ Ħal Balzan Ian Spiteri rriżenja mill-kariga u minn kunsillier ta’ din il-lokalità minħabba raġunijiet personali.
Huwa ħabbar dan f’kitba fuq il-midja soċjali u qal li dan qed jagħmlu b’għafsa ta’ qalb u dispjaċir kbir.
Spiteri qal li dawn is-sitt snin kienu ta’ sodisfazzjon għalih.
Huwa rringrazzja lil kull min kien parti minn dan il-vjaġġ.