Is-Sindku ta’ Gdansk fil-Polonja weġġa gravi wara li ġie attakkat fuq il-palk fl-ikbar attività ta’ karità fil-pajjiz.
Pawel Adamowicz, ta’ 53 sena, ġie meħud l-isptar fejn ġie ċċertifikat li jinsab f’kundizzjoni kritika wara operazzjoni ta’ ħames sigħat.
Is-suspettat ta’ 27 sena li għandu rekord kriminali qed jinżamm taħt arrest.
Is-Sur Adamowicz qed isofri minn feriti ta’ natura gravi. “Il-kundizzjoni tiegħu tibqa’ serja ħafna u s-sigħat li ġejjin se jkunu deċiżivi.”