Is-Sindku Laburista ta’ San Ġwann Trevor Fenech saħaq li hu kontra applikazzjoni għal żvilupp ta’ supermarket f’art verġni f’San Ġwann biswit skola fiż-żona tal-Balal.
Fuq il-paġna tiegħu ta’ facebook, is-Sindku Laburista innota wkoll li l-Prim Ministru Robert Abela kellmu u kien ċar miegħu dwar l-appoġġ tiegħu u tal-Partit Laburista għall-kawża kontra dan l-iżvilupp propost.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fenech kiteb li l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann se jkun proattiv fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.
“Għalija din applikazzjoni li missha lanqas biss daħlet u l-fiduċja lili u lil sħabi fi 8 ta’ Ġunju tfisser Kunsill Lokali li applikazzjonijiet bħal dawn jiġġilidhom”, qal is-Sindku Laburista ta’ San Ġwann.