Il-Kunsilli Lokali ta’ San Ġwann, is-Swieqi u San Ġiljan f’dikjarazzjoni konġunta opponew żvilupp propost f’Wied il-Għomor, fil-limiti tat-tliet lokalitajiet.
Fi stqarrija t-tliet Sindki sostnew li l-iżvilupp propost jikkonċerna villa bil-pool u jipperikola l-ekosistema tal-inħawi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-fatt, insistew għal-impenn kollaborattiv li jipprijoritizza l-konservazzjoni ta’ dan il-wied sabiex jibbenefikaw il-ġenerazzjonijiet kurrenti u futuri.