56 uffiċjal tal-pulizija ressqu proċedimenti ġudizzjarji kontra l-Kummissarju tal-Pulizija fuq sigħat ta’ sahra li qed jintqal li ma tħallsux għalihom waqt il-Commonwealth u l-Valletta Summit li saru s-sena li għaddiet.
L-uffiċjali li qalu li ħadmu aktar minn 150 siegħa ta’ overtime, kienu intitolati biss għad-disturbance allowance, li hija limitata għal 10% tas-salarju bażiku tagħhom.