Tressaq il-qorti Michael Emanuel ta’ 28 sena mill-Kosta tal-Ivorju, is-sieħeb ta’ Lourdes Agius li instabet mejta fuq is-sodda tal-appartament tagħhom is-sibt filgħodu.
L-akkuzat wieġeb li jaħdem bħala plaster u jgħix Raħal Ġdid, wieġeb mhux ħati madankollu ma talabx ħelsien mill-arrest.
Emanuel qiegħed jiġi mixli bil-qtil tas-sieħba tiegħu. Mill-awtopsja irriżulta li l-mara mietet fgata u kellha marki fuq għonqha u daharha mbenġel.
Huwa gie akkużat b’diversi akkużi fosthom b’offiża ta’ natura gravi fuq Lourdes Agius u lil ommha. Każ li ġara fit-13 ta’ Settembru fil-17.30. Il-pulizija ġew infurmati dwar dan il-każ mill-isptar.
Il-koppja kien ilhom joħorġu flimkien 4 snin u għandhom 2 tfal. Tarbija ta’ tlett xhur u tarbija ta sena u nofs. Il-koppja kienet tgħix fid-dar ta’ Omm Lourdes.
Lourdes ġieli għamlet rapporti li ma tridx lil akkużat fir-residenza imma eventwalment kien terġa’ ddaħħlu d-dar hi stess.
Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.
L-akkużat kien assistit mill-avukat Michael Scriha.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-spettur James Grech u Sarah Zerafa.