Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u s-sieħba tiegħu Carrie Symonds kellhom tifel.
Fl-aħħar sigħat, is-sieħba ta’ Johnson welldet tifel fi sptar f’Londra u kelliem għall-uffiċċju tal-Prim Ministru qalu li kemm l-omm u t-tifel jinsabu tajbin.
It-Tnejn li għadda, Johnson reġa’ daħal għax-xogħol wara li kien marid bil-Coronavirus u għamel xi żmien fit-taqsima tal-kura intensiva.
Carrie Symonds hija l-ewwel mara mhux miżżewġa lill-Prim Ministru Ingliż li qed tgħix f’10 Downing Street.