Sa ftit snin ilu kienet titla’ fuq il-palk biex tikkonvinċi għaliex is-sieħeb tagħha għandu jmexxi lill-Malta.
Illum, qed titkellem fuq il-mikrofonu biex tħeġġeġ liż-żgħażagħ jitilqu minn Malta.
Din hi Kristina Chetcuti, is-sieħba ta’ Simon Busuttil li bih fit-tmexxija l-Partit Nazzjonalista sofra waħda mill-ikbar telfiet elettorali.
Kien biss Bernard Grech li sofra telfa ikbar minn tiegħu. Chetcuti kienet qed titkellem f’attività ta’ Occupy Justice.
“Liż-żgħar għandna ngħidulhom, le m’għandkomx għalfejn tiġu tipprotestaw hawn magħna. Minflok aqbdu l-bagalji u itilqu minn Malta issa.”
Din mhux l-ewwel darba li Kristina Chetcuti mminat lil Malta u saħansitra lill-Maltin.
Dan bħal Kap Nazzjonalista Bernard Grech li propju tpoġġa fit-tmun tal-Partit Nazzjonalista mill-fazzjoni tas-sieħeb ta’ Kristina Chetcuti. Grech dwar iż-żjara tal-papa kien sostna li l-Papa iktar għandu bżonn jiġi Malta jekk jirbaħ l-elezzjoni l-Partit Laburista għaliex skontu t-tabib irid imur fejn hemm bżonn fejqan
“Jekk jirbaħ il-Labour iktar għandu bżonn jiġi f’dan il-pajjiż. Aħna nemmnu li t-tabib jiġi meta jkun hemm bżonn, għax għandu bżonn il-pazjent mhux hekk.”
Fil-kitbiet tagħha, Kristina Chetcuti fl-aħħar xhur attakkat ukoll lil bosta persuni fosthom lill-President ta’ Malta George Vella u anki s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
Fil-fatt, dwar il-Professur Charmaine Gauci, Kristina Chetcuti qaltilha li wara sena ta’ ħidma, tista’ tmur tixrob ix-xampanja.
Intant fost kelliema oħra f’din l-attività kien hemm Alessandra Dee Crespo li fil-mira tal-attakki fid-diskors tagħha, kellha lill-Prim Ministru Robert Abela.