Is-sieħba tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil qalet li l-Papa ma għandux jiġi f’pajjiżna fil-bidu tax-xahar id-dieħel.
Skont Kristina Chetcuti, li ħafna drabi tikteb fuq it-Times kontra l-Partit Laburista, qalet li Papa Franġisku għandu jiġi f’Malta wara li skontha l-ewwel il-Maltin isibu ruħhom.
F’artiklu li fih kitbet anki fuq il-kriżi fl-Ukrajna, qalet li l-Papa ġej Malta biex skontha jbierek il-korruzzjoni.
Fl-aħħar xhur, is-sieħba ta’ Busuttil attakkat bosta persuni fosthom il-President ta’ Malta George Vella u anki s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
B’kitbietha, Kristina Chetcuti anki kienet insulentat lill-Furjaniżi meta kkritikat proġett propost ta’ spazju miftuħ u aħdar fil-Floriana, li issa huwa proposta tal-Partit Laburista, bħala parti mill-investiment ta’ seba’ mitt miljun ewro fuq medda ta’ seba’ snin fi spazji ħodor għall-familji fl-ibliet u fl-irħula Maltin u Għawdxin.