Il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil kompliet bl-attakk fuq il-President ta’ Malta George Vella u t-talba għar-riżenja.
Reġgħet attakkat lil Kap tal-Istat Malti, is-sieħba ta’ Simon Busuttil, Kristina Chetcuti.
F’artiklu ieħor fis-Sunday Times, Chetcuti nfexxet f’aktar kliem kontra l-President u skontha, Dr Vella mhux moħħu fl-interessi tal-pajjiż, f’dak li sejħet fejqan tal-pajjiż minn trawma nazzjonali.
Kienu bosta esponenti fosthom anki eks kandidati Nazzjonalisti li fetħu attakk kontra l-President tar-Repubblika.
L-ewwel li fetaħ attakk fuq il-President ta’ Malta wara r-rapport tal-inkjesta pubblika kien l-eks kandidat Nazzjonalista u ħaten Beppe Fenech Adami, Kevin Cassar.
Fl-istess jum li ġie ppubblikat l-artiklu ta’ Cassar, Simon Busuttil kompla bl-għajta tal-fazzjoni tiegħu fil-Partit Nazzjonalista, l-istess fazzjoni li llum hija wara Bernard Grech, wara li għamlitu Kap.
Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Simon Busuttil imbotta l-artiklu ta’ Kevin Cassar u qal li jekk Dr Vella jirrispetta l-uffiċċju tal-President, huwa għandu jirriżenja.
Ma’ Simon Busuttil ingħaqad Jason Azzopardi, dak li kien ħareġ bid-deputati tal-Blue Heroes u wieħed mid-deputati viċin l-għaqda Repubblika u Manuel Delia.
Fuq facebook Jason Azzopardi stieden lin-nies jaqraw l-artiklu ta’ Kevin Cassar dwar it-talba għar-riżenja tal-President ta’ Malta u qal kemm kellu raġun f’dak li kiteb Cassar.