Is-sidien tal-Pompi tal-Petrol ikkonfermaw l-arranġament li għamlet il-GRTU mal-Gvern f’laqgħa li kellha s-Sibt li għadda mal-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi.
Fi stqarrija, il-GRTU qalet li f’laqgħa li kellha lbieraħ mal-membri tal-kumitat tal-Pompi tal-Petrol spjegaw l-andament tal-laqgħa mal-Ministru Mizzi u r-riżultati li waslu f’arranġament.
Il-GRTU għamlet enfasi li issa l-importanza qiegħda li ż-żmien qasir li fadal jintuza b’mod għaqli.
Dan biex jaħdmu flimkien biex ma jintilifx żmien ħalli kemm huma b’mod individwali, kif ukoll Malta bħala pajjiż ma jkollhomx inkwiet għax id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2020 ma tigix osservata fiż-żminijiet stipulati.
Is-Sidien tal-Pompi wrew l-apprezzament tagħhom biex intlaħaq dan l-arranġament li permezz tiegħu l-konsumatur mhux se jkun qiegħed jitgħabba b’żieda fil-prezzijiet tal-fjuwils.