Meta mqabbel mas-sena li għaddiet, l-ammont ta’ sick leave li ħadu l-piloti tal-Air Malta żdied b’aktar minn elf fil-mija. Dan filwaqt li s-sick leave li ħadu l-First Officers żdied b’aktar minn mitejn fil-mija.
Informazzjoni li kiseb ONE News b’reazzjoni għal rapport fil-MaltaToday, li qal li t-titjira lejn l-ajruport t’Orly f’Pariġi li tħassret fl-aħħar jiem, swiet lil-linja nazzjonali tal-ajru madwar mitejn elf ewro.
Titjira li tħassret wara li kemm il-piloti li kellhom jaħdmu t-titjira, u anki dawk li kienu fuq standby, irrappurtaw li huma morda u li ma setgħux itiru.
Fir-rapport tal-MaltaToday intqal ukoll li wara li ġie ffirmat il-ftehim kollettiv ġdid fix-xhur li għaddew, il-bdoti qed jitolbu għal kundizzjonijiet u termini ġodda għal dan il-ftehim.