Il-funeral ta’ Joe Attard, magħruf bħala l-Ġermaiż minn Ħaż-Żebbuġ, li kien involut fl-inċident fil-kamra tan-nar ta’ San Ġużepp, Ħaż-Żebbuġ se jsir nhar is-Sibt li ġej 9 ta’ Frar fil-Knisja Arċipretali.
Il-Banda De Rohan se tkun qed tikkumpanja lil Attard b’korteo li jibda fis-1.45pm minn ħdejn il- Kappella ta’ Santa Rokku.
Il-quddiesa se ssir fis-2.30pm, wara l-quddiesa jsir korteo ieħor saċ-Ċimiterju tal- Qalb ta’ Ġesù.
Il-Kumitat Eżekuttiv qed jistieden każini u baned biex jagħtu l-aħħar tislima lill-maħbub Joe Attard.